Rachel Cachia llum qed tiċċelebra għeluq sninha! Tina Zee kitbitlha messaġġ ħelu fuq facebook fejn ġedditilha ftit memorji ta' żmien ilu; iljieli diverteni li kulħadd jesperjenza f'ħajtu... imma tenniet li kważi kibru flimkien għaliex minn dak iż-żmien, illum saru jagħmlu laqgħat b'natura ta' xogħol.
Tagħtha wkoll l-isbaħ titlu; omm tal-ġenn! Faħritha wkoll għall-valuri sodi li għandha u t-talent impekabbli tagħha! Tina hija grata li taħdem ma' Rachel.
Jawguralha wkoll żewġa Alex Muscat li huwa s-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunità b'ritratt mill-isbaħ!
Mingħandna ta' Gwida.mt nawgurawlek minn qalbna Rachel! Jien personali naqbel ma' li qalet Tina għaliex konna kważi ġirien fin-Naxxar! Ammirevoli fik huwa l-fatt li dak li toħlom twettqu b'umiltà kbira.
Ritratt: Facebook/ Tina Zee