Bħal-lum sitt snin ilu, l-attur Andy Catania u martu Christine Bonello saru ta' xulxin! Minn dakinhar 'l hawn kellhom snin ta' hena u imħabba, bl-iktar grazzja riċenti tkun it-twelid ta' ibnu Samuel Lucas! 

Andy u Christine it-tnejn li huma tefgħu tifkira ta' din il-ġurnata importanti fil-kalendarju tagħhom, b'Andy anke kiteb poeżija bl-Ingliż għall-okkażjoni. Huma jsemmu l-fatt li minn dik il-ġurnata li ingħaqdu flimkien huma t-tnejn, wasal żmien fejn il-familja tagħhom issa hi ta' erba'! Andy jsemmi anke liż-żewġ qtates li jrabbu b'tant għożża. 

"Minn dik il-lejla sajfija ta' sħana tremenda meta għidna iva għal-lum, familja ta' erba'.", tiktiblu Christine lil Andy. Tirringrazzjah ukoll tal-paċenzja li dejjem wera magħha u ta' kemm dejjem baqa' hemm anke fil-mumenti diffiċli. 

Awguri mill-qalb għeżież!

Facebook/ Christine Bonello


Kyle Zarb