Permezz ta’ ktiba fuq il-paġna uffiċjali tiegħu fuq Facebook, il-mużiċist Berne qasam mas-segwaċi tiegħu ħsieb żgħir fejn qal li hemm bilanċ bejn il-ġeneri f’din il-kompetizzjoni f’Malta. Dan għaliex “minn total ta’ 27 artist, 7 biss hemm preżenti bħala nisa, total ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija.”

Żied jgħid ukoll li għalkemm dan huwa festival ta’ mużika, ir-riżultat qed jirrifletti problema li għandna fis-sistema tagħna, li f’dan il-każ hija l-iżbilanz bejn il-ġeneri. Qal ukoll li dan l-iżbilanċ jinsab fil-konsulenti, hekk kif minn 4 konsulenti waħda biss hija mara, kif ukoll fil-preżentaturi, hekk kif hemm biss mara waħda wkoll.

Taħsbu li r-riżultat li rajna lbieraħ jirrifletti żbilanċ fis-soċjeta bejn il-ġeneri?

Facebook/Berne


Charlton Cefai