Lill-attur Joe Borg ilkoll nafuh minn bosta produzzjonijiet li ħa sehem fihom fosthom F'Baħar Wieħed, Ingroppi, Becky The Return, u Villa Sanset.

Joe kemm-il darba tkellem dwar l-imħabba lejn it-teatru, u kif evolviet il-karriera tiegħu tar-reċtar. L-attur tkellem ukoll dwar fatturi minn ħajtu fosthom il-biża' mis-sewqan. Infatti hu ma jsuqx għax joqgħod lura.

Bis-saħħa ta' produzzjoni li ħadem fiha, Joe spiċċa jsuq karozza għal ftit metri fejn jisħaq li għeleb il-biża’. Sfortunatament Joe jgħid li kemm-il darba tilef xi opportunitajiet minħabba l-fatt li ma jsuqx.

Joe isemmi l-imħabba li għandu lejn id-Dar Tal-Providenza u għandu diversi pjanijiet biex jgħinhom minn kif jista' Waħda minnhom hi li mill-fondi li jdaħħal mill-awtobijografija li kiteb għalihom. Segwi aktar fl-intervista li kellu mal-paġna The People of Malta HAWN


Kyle Zarb