Skont sorsi ta' The Malta Independent, kulleġġ ta' patoloġisti Maltin iħoss li l-avvenimenti kollha kemm huma fejn kien hemm massa kbira ta' nies bla ebda kontroll affettwaw wisq iċ-ċaqlieqa li kellna fin-numru ta' każijiet.

Ma jaqblu xejn ma' min mingħalih li l-ġlieda kontra l-Coronavirus intemmet jew waslet biex tintemm. Il-waqfa li kellna ta' żieda fil-każijiet kienet biss xi ħaġa temporanja u bl-ebda mod wieħed ma kellu jserraħ rasu li issa nistgħu noħorġu kif ġie ġie mingħajr prekawzjonijiet.

"L-awtoritajiet tas-saħħa nsistew mal-pubbliku biex jibqgħu jżommu d-distanza soċjali u jilbsu l-ilbies protettiv f'tal-linja, fil-knejjes u ġewwa l-ħwienet. Madanakollu dawn il-postijiet b'massa ta' nies joffru riskju għaxar darbiet jew mitt darba aktar".

Jispiċċaw bil-fatt li l-akbar bżonn u s-soluzzjoni effettiva jibqgħu dak il-mument li jkollna l-vaċċin u dak li ser tkun kapaċi toffrielna x-xjenza.


Gwida.mt