L-attriċi veterana magħrufa fost l-oħrajn mis-sensiela Villa Sunset, Josephine Mahoney, ser tkun qed taħdem parti waqt il-produzzjoni ġdida Nostalġija, li ser tibda minn Marzu li ġej.

Ser tkun qed taħdem il-parti tan-Nanna Jo. "Hija n-nanna li bħan-nanniet kollha jagħmlu man-neputijiet aktar milli jkunu għamlu ma’ wliedhom stess. Il-presenza taghha ukoll tghin lil atturi ta' madwarha." It-tim ta' Nostalġija apprezza immens il-fatt li minkejja bħal ħafna atturi oħra kibret fl-età, xorta waħda għamlet sforz u tat il-kontribut tagħha għal din is-sensiela ġdida. 

Minn qalbna nawgurawlha f'din l-esperjenza ġdida li ser tibda tintwera lilna minn Marzu li ġej! 


Kyle Zarb