Għalkemm Raisa ilha diversi ġimgħat barra mid-dar ta’ Big Brother, l-ispekulazzjonijiet fost is-segwaċi ta’ Big Brother ma naqsux u bosta baqgħu isostnu li l-esperjenza tagħha waqt Big Brother irriżultat f’problemi fir-relazzjoni mal-maħbub tagħha. Iżda jidher biċ-ċar li wara ritratt li tellgħet hi fuq il-midja soċjali, l-ispekulazzjonijiet jistgħu verament jieqfu hekk kif jidher biċ-ċar li kemm hi u kemm il-maħbub tagħha jinsabu flimkien u jidhru kuntenti immens!
Kollox beda meta Raisa bdiet ħbiberija ma’ Jay f’Big Brother fejn bosta ħasbu li bejniethom kien hemm xi ħaġa ta’ aktar minn sempliciment ħbiberija. Għalkemm sostniet f’intervisti diversi li jinsabu kuntenti flimkien, xorta waħda kien hemm bosta segwaċi li baqgħu jiddubitaw, iżda issa kulħadd jidher li għandu risposta ċara!
Nawgurawlhom minn qalbna għall-futur, u niftakru li wara kull kumment indirizzat għall-kontestanti ta’ Big Brother hemm persuna umana bl-emozzjonijiet bħal kulħadd!