Ian illum qed jiċċelebra sninu flimkien ma' Tina u Justin, żewġ membri mit-tim ta' Gadgets. It-tim ħaseb li jilagħab daqsxejn ta' logħba mal-membri li jagħlqu żmienhom illum sabiex jaraw kemm jafu lil xulxin!
Waħda mill-mistoqsijiet kienet dwar l-imberkin gadgets! Intom timmaġinaw li Ian ta' Gadgets jgħix mingħajr xi gadget partikolari? Dejjem jitkellem fuqhom u dejjem jara x'ħareġ ġdid! Insomma meta kien mistoqsi din il-mistoqsija fil-filmat li ttella' mit-tim ta' Gadgets Ian irrisponda bla tlaqliq, il-mobile!
Ħadd ma kien jobsor it-tweġiba tiegħu, infatti anqas il-kollegi tiegħu ma rnexxielhom jaqtgħu! Forsi għax ma ħasbux biżżejjed! Ngħiduha kif inhi naħseb jekk xi ħadd jgħidilkom biex tgħixu mingħajr il-mobile, ittikom raskom. Ngħid għalija jien kważi nippreferi l-mobile fuq kull gadget ieħor daqs kemm tista' tagħmel affarijiet bih!
Insomma jekk taraw il-filmat, Ian jagħti raġuni valida u meta taħseb ftit għandu punt! Bogħod mill-gadgets aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Ian f'dan il-jum speċjali wkoll!
Facebook / Ian Gadgets