Rappreżentanti tal-Malta College of Pathologists qalu li l-użu mandatorju tal-maskri, mingħajr l-għeluq ta’ postijiet ta’ divertiment u gyms, mhux se jnaqqas ir-rata ta’ infezzjoni tal-Covid-19.

L-assoċjazzjoni qalet li l-metodu li addottat Malta kien diġà ppruvat fi Spanja iżda ma tantx ħadem hekk kif Spanja laħqet il-miljun każ u hija kkunsidrata waħda mill-aktar pajjiżi milquta ħażin fl-Ewropa.

L-assoċjazzjoni qalet li l-bars, ristoranti u gyms ġew ikkunsidrati li huma ta’ riskju mill-akbar fit-tixrid tal-Covid-19.


Maria  Desira