Il-kantanta lokali Michela Galea kitbet messaġġ mill-qalb lill-għażiż missierha f'għeluq sninu. Michela tieħu l-okkażjoni biex turi gratitudni lejh u kemm hi kburija li għandha lilu bħala missier.

Awguri f'għeluq sninu lill-għażiż missieri! Hekk kif jgħaddu s-snin, nirrealizza aktar u aktar kemm għandi xorti tajba li għandi missier mill-aqwa bħalek! Grazzi talli emmint fija u ħeġġiġtni biex inkompli nsegwi l-ħolm tiegħi."

Michela tirringrazzjah ta' dak kollu li għamel magħha u tiktiblu kemm tapprezza li kull suċċess li kisbet f'ħajjitha, ra l-appoġġ u s-sostenn tiegħu bħala missier tajjeb. "Mingħajrek, qatt ma stajt inkun il-persuna li jien illum! Inħobbok b’qalbi kollha." 

Awguri mill-qalb f'isem Gwida.mt lil missier Michela!


Kyle Zarb