It-tabib Michael Spiteri xi ftit jiem ilu qasam episodju importanti li ltaqa miegħu hu! Episodju li seta' kellu konsegwenzi ferm differenti! Hu għamel ringrazzjament pubbliku lil dil-persuna li waqfet tagħti l-għajnuna. 

It-tabib Michael Spiteri jgħid, "Nixtieq nirringrazzja pubblikament lir-ruħ qalb tajba li llum talbet għall-għajnuna fuq il-112 u ġiet salvata ħajja. Malli ra persuna f'diffikultà, minflok sempliċement xeħet fuq il-midja soċjali u baqa' għaddej ċempel 112, spjega b'mod ċar x'inhi l-problema u baqa' online sakemm sibna lill-persuna fil-bżonn. Huwa qatta' wkoll ftit ħin jitkellem mal-persuna fil-bżonn sakemm ħadnieha f'idejna. Dawn huma l-istejjer li jagħmluna kburin li nipprovdu servizz lill-membri stmati bħal dawn tas-soċjetà tagħna."

Kemm hu sabiħ li ngħixu f'soċjetà li lesta tgħin lil xulxin! Grazzi għall-intervent ta' din il-persuna, ġiet salvata ħajja. Kultant bi ftit ħsieb inkunu nistgħu nagħmlu ħafna u ħafna ġid! Xandar dan il-messaġġ u l-eżempju ta' din il-persuna.

Facebook / Michael Spiteri


Emil Calleja Bayliss