Ftit tal-ġimgħat ilu, il-preżentatur ta’ Gadgets Ian Busuttil Naudi għamel intervent fejn daħħal ċippa f’idu sabiex dan ikun jista’ jħallas biha, minflok jagħmel użu mill-credit cards.

Għal xi nies, dan li għamel Ian ma niżilx daqshekk tajjeb u kienu ħafna l-persuni li taw il-kummenti tagħhom dwar dan. Fuq il-paġna ta’ Gadgets fuq TokTok intefa’ filmat fejn juri lil Ian jaqra ftit minn dawn il-kummenti.

Kumment minnhom kien jgħid li issa minflok jisirqulu l-kartiera lil Ian ser jisirqulu idejh u ieħor qal li issa kulħadd ser jibda jieħu lil Ian għax-shopping. “Komplu ġennu n-nies u ħajruhom għal dal-ġenn! Mhux biżżejed ħadt il-booster chip...”, jgħid kumment ieħor, li għal dan Ian infaqa’ jidħaq u qal li l-booster żgur ma kellhiex ċippa għax għal ċippa l-labra tkun akbar.

@gadgetsmalta Ian is back with more comments…. @Ian Gadgets #malta #maltesepeople #techinmalta #commentsection #malti #maltin #gadgetsmalta ♬ original sound - Gadgets Malta

Facebook / Ian Busuttil Naudi


Henzley  Bezzina