Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook Maltese Islands Weather qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn twar tradizzjoni mill-isbaħ mir-raħal pittoresk taż-Żebbug Għawdex.

Huma qalu, “L-‘Għażżiela’ (għaġina moħmija fil-forn bl-inizjali tal-isem tal-Madonna) hija sinonima mar-raħal Għawdxi taż-Żebbuġ. Minbarra turija ta' devozzjoni lejn il-Madonna tintuża tradizzjonalment bħala protezzjoni kontra l-maltempati bir-ragħad qawwijin ta' żmien il-ħarifa. Dan ir-raħal fuq għolja huwa magħruf għal qilla li jinħakem biha mir-riħ u l-maltempati.”

Żiedu jgħidu, “Xi 350 sena ilu sajjetta kienet laqtet id-dar ta' familja u d-dawl tagħha ħa l-forma ta' l-Għażżiela. Ma ġarrbu l-ebda ħsara. Dan ittieħed bħala sinjal. L-istorja turina li fl-1737, l-ewwel kappillan tar-raħal kien ħalla somma flus fit-testment tiegħu lir-residenti biex ikunu jistgħu jixtru d-dqiq biex jagħmlu l-Għażżiela sabiex jipproteġu r-raħal mill-maltempati.”

Facebook/Santa Marija Zebbug


Charlton Cefai