Illum il-Ħamis u l-famuża Throwback Thursday reġgħet magħna, din id-darba b'ritratt ta' personalità lokali li żgur m'għandux bżonn ta' introduzzjoni. Probabbli ħafna qed jipprovaw jaqtgħu min hu.
Ritratt: Facebook / Ryan and Josmar
Biex inkunu għadna kollox inbiddel xi ftit minn dak iż-żmien imma l-ħarsa t'għajnejh taf tikxfu ftit mir-ritratt. Jekk s'issa għadkom ma qtajtux... mela paċenzja ħa jkollna ngħidulkom aħna min hu!
Dawk mhu ħadd ħlief Ryan Borg, il-preżentatur ta' Sibtek. Ir-ritratt inxteħet fuq il-paġna ta' Facebook ta' Ryan u Josmar, paġna li għamlu bl-għan ewlieni li jagħtu tomgħa tal-ħajja personali tagħhom ta' kuljum.
Ritratt: Facebook / Ryan and Josmar
Huma qed jixħtu materjal ta' dak kollu li jagħmlu matul il-ġimgħa sabiex it-telespettaturi jsiru jafuhom aħjar. Din mhux l-ewwel darba li tfaċċa ritratt ta' xi ħadd minnhom żgħir. Aktar kmieni din il-ġimgħa kien hemm ukoll ritratt ta' Josmar.
Jekk wieħed jixtieq ikompli jsegwi lil Ryan u Josmar mill-qrib, jista' jagħmel dan billi jafgħas HAWN u jżomm aġġornat b'dak kollu li qed jagħmlu.
Ritratt: Facebook / Ryan and Josmar