Jidher li Ivan Grech, il-kantant tal-band Winter Moods, għaddej minn perjodu ta’ nostalġija hekk kif fuq Facebook ixxerja ritratt tiegħu ta’ meta kien għadu tifel. Hu jiftakar kif l-uniku problemi li kellu kienu l-homework u l-fatt li kien imqareb!
Ifakkar ukoll iż-żmien fejn il-kartoons Goldrake, Daltanius u Lupin, fost oħrajn, kienu l-aktar popolari. Jgħid li daru kienet tkun mimlija gost, storbjuża, u mimlija nies. Jkompli jżid kif xi darba n-nies kienu jgħixu daqslikieku għada ma jeżistix.
Però, jispiċċa billi jgħid li aħna dejjem ’l quddiem nibqgħu sejrin u li filwaqt li nġorru l-memorji magħna, dejjem nikkreaw il-ġodda wkoll!
Facebook/Ivan Grech