Ilbieraħ ġiet żvelata l-kanzunetta li Eliana Gomez Blanco ser tkun qed tirrapreżenta lil Malta biha, We Are More, li hija nofsa bil-Malti u n-nofs l-ieħor bl-Ingliż! Jekk għadek ma smajtix, ara l-vidjow mużikali hawn taħt.

Din is-sena ser jieħdu sehem 19-il pajjiż, u s’issa 18 minnom ħarġu l-kanzunetta li ser tkun qed tirrapreżentahom pubblikament. Fadal biss il-Maċedonja ta’ fuq li mistennija toħroġ il-kanzunetta kmieni din il-ġimgħa, jekk mhux fis-siegħat li ġejjin!

Din hija l-kompetizzjoni li Malta ser taffaċja nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Junior Eurovision, li ser issir il-Polonja taħt it-tema Share The Joy.

ALBANIJA

ARMENJA

AWSTRALJA

BELARUS

FRANZA

ĠORĠJA

IRLANDA

ITALJA

KAŻAKISTAN

OLANDA

POLONJA

PORTUGALL

RUSSJA

SERBJA

SPANJA

UKRAJNA

WALES

Malta s-sena l-oħra ġiet rappreżentata minn Ela bil-kanzunetta Marchin’ On, u spiċċat fit-2 post fil-vot tal-ġurija, u finalment fil-5 post.


Luke Borg