Ftit jiem ilu tħabbar li ser ikun qed jerġa' jirritorna l-programm li seraq tant qlub matul is-snin, Esperti. Tippreżenta Louise Doneo u tlaqqagħna ma' grupp ta' esperti żgħar.
Il-bidu tal-programm imur lura lejn l-2006 u din ħa tkun is-sitt edizzjoni li ser tittella’. L-hekk imsejħin Esperti jintgħażlu permezz ta' awdizzjoni. Ftit jiem ilu nfetħu l-applikazzjonijiet biex dawk li jixtieq lit-tfal tiegħu ikunu parti minn dan il-grupp ħelu, jiktbuhom għall-awdizzjoni.
Din hi opportunità perfetta għal tfal bejn il-5 u 9 snin, li jinqalgħu biex jitkellmu quddiem il-kamera u jħossuhom kunfidenti.
Il-postijiet huma limitati! Mark Doneo kiteb fuw Facebook dwar dan ir-ritorn. "Min se jkunu l-esperti tagħna din is-sena? Iġbor applikazzjoni u ġib it-tfal għal prova (audition)"
Louise tlaqqagħna ma' grupp ġdid ta' Esperti fl-iskeda tal-Ħarifa li jmiss fuq ONE.
Facebook/ Louise Doneo