Il-kantanta li għad għandha biss 16-il sena fit-2 t’Ottubru se toħroġ kanzunetta ġdida! Din il-kanzunetta ġġib l-isem ta’ Why Should I? miktubha minnha stess, flimkien ma' Kevin Paul. Apparti minn hekk, qed tikteb mużika ġdida, li għandha tkun magħna fix-xhur li ġejjin!

View this post on Instagram

A post shared by Gaia Cauchi (@gaiacauchi) on

Why Should I? hija dwar persuna b’qalbha maqsuma għax il-persuna l-oħra mhijiex tagħmel ħilitha biex issalva r-relazzjoni tal-imħabba ta’ bejniethom. Minkejja li din il-persuna tagħmel tabirruħha li ma jinteresssahiex mill-persuna l-oħra, jista’ jkun li tkun għadha tħobb.

Minħabba li l-persuna l-oħra ma tkunx qed turi l-istess ammont ta’ imħabba lejn il-persuna l-oħra, jista’ jagħti l-kas li tibda tħossok naqra stramba tammetti li għadek tħobb lill-persuna l-oħra. Dan għax l-imħabba għandha tkun minn żewġ naħat.

View this post on Instagram

A post shared by Gaia Cauchi (@gaiacauchi) on

Gaia tgħid li din il-kanzunetta kienet ispirata minn meta ħassret minn relazzjoni. Xtaqet li tikteb l-emozzjonijiet kollha li bdiet tħoss. Kellha ħafna mistoqsijiet li kienu jirrikjedu risposta iżda ħadd ma seta’ jirrispondihom, ħlief l-għarus li kellha.

Ninsabu ħerqanin biex nisimgħu din il-kanzunetta l-ġdida ta’ Gaia! Żguri li se tkun kanzunetta mill-isbaħ għax il-vuċi tagħha hija waħda straordinarja! Tgħid min kien is-sieħeb ta’ Gaia, li qasmilha qalbha u ispiraha biex tikteb Why Should I??

Instagram / @gaiacauchi


Yasmin Camilleri