Xalata ta' kuluri, ilbieraħ saret maratona b'risq Inspire li jgħinu, jaħdmu u jagħtu sapport lit-tfal b'diżabiltà u l-familja tagħhom. Il-kunċett ta' din il-maratona hu sempliċi, kulħadd jibda liebes l-abjad... ma' kull kilometru tgħaddi minn stazzjon tal-kuluri flimkien ma' sezzjoni tal-foam li jgħin biex il-flok li tkun liebes jieħu l-kulur.

Il-kuluri kollha ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u huma approvati mill-Unjoni Ewropea. Kienu bosta familji u ħbieb li attendew din l-attività, fejn wieħed iddeverta, għamel ftit eżerċizzju u gawda wkoll mix-xeni lokali, bil-Belt Valletta fl-isfond! Dan għaliex id-distanza kienet minn Manoel Island u tibqa' għaddejja minn ġo Ta' Xbiex.

Kull min attenda deher li ħa gost u kienet inizzjattiva tajba mmens. Min jaf... forsi s-sena d-dieħla titħajjar tmur għal din l-attività u ġġorr miegħek lil sħabek. Tgħaddi siegħa żmien u tgħinu lil min hu fil-bżonn! Viva l-kuluri!


Emil Calleja Bayliss