Wieħed mis-suġġetti li qed jiġu diskussi dan l-aħħar huwa dak jekk għandhiex tiġi legalizzata jew le l-ewtanasja.

Waqt intervista fuq L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa, Joe Magro, li għandu l-kundizzjoni tal-multiple sclerosis. Hu qiegħed fiċ-ċans li jiġi pparalizzat għal kollox, fejn ma jkunx jista jkollu kontroll fuq ġismu.

Jekk jasal fil-punt li jkun paralizzat għal kollox, Joe ma jixtieqx li jgħix ħajja hekk u jixtieq li jkollu għal xix jirrikorri u jagħmel l-ewtanasja f’dak il-każ. Hu kompla billi qal li min ma jridx li tiġi legalizzata l-ewtanasja jkun qed jiddeċiedi għalih.

Għandha tiddaħħal l-ewtanasja jew le?


Henzley  Bezzina