Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, ġiet imtella' l-finali ta' The Entertainers Singing Challenge waqt il-programm The Entertainers li jixxandar fuq NET TV kull nhar ta' Sibt. Din l-isfida bejn il-kantanti ilha għaddejja minn Ottubru u kollox laħaq il-fulkru tiegħu nhar is-Sibt li għadda.

Tul is-snin rajna tant u tant kantanti emerġenti f'dan il-programm inkluż, Lisa Gauci, Drakard, Michela Pace, Justine Shorfid, Demi Galea, Samira Cauchi, Rachel Lowell, Victoria Sciberras, Emma Cutajar, Kaya Gouder Curmi, fost oħrajn.

B'kollox kien hemm 16-il finalist, 11 minnhom f'kategorija A u 5 minnhom f'kategorija B. Dawn il-kantanti ħarġu bħala r-rebbieħa tal-edizzjoni ta' din is-sena!

Kategorija A

  • L-Ewwel Post – Zia Fuji
  • It-Tieni Post – Eliza Stellini
  • It-Tielet Post – Kylie Micallef

Kategorija B

  • L-Ewwel Post – Shania Sciberras
  • It-Tieni Post – Bradley Debono
  • It-Tielet Post - Mark

Il-membri tal-ġurija kienu l-kantanti Ludwig Galea, Annabelle Debono u Janvil. Aħna f'isem it-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil kull min ħa sehem f’din il-kompetizzjoni, speċjalment lir-rebbieħa. Awguri mill-qalb!

Nhar is-Sibt li ġej, il-kantanti jkollhom ix-xorti li jagħmlu dwetti ma' kantanti stabbiliti f'pajjiżna filwaqt li jitħabbar ir-rebbieħ tat-televoting.

Facebook / The Entertainers


Emil Calleja Bayliss