Waqt il-programm ‘The Entertainers’ tal-bieraħ, kien hemm il-finali ta’ ‘The Entertainers Singing Challenge’.

Mill-parteċipanti kollha li ħadu sehem, sittax-il parteċipant kienu magħżulin għall-finali. Il-ġurija li evalwaw lil dawn il-kantanti kienu Eleanor Spiteri, Dorothy Bezzina u Mike Spiteri. Bla dubju li kellhom biċċa xogħol iebsa biex jagħżlu r-rebbieħa.

Minn kategorija A, Lisa Gauci ġiet fl-ewwel post, Faith Bondin ġiet fit-tieni post u Krista Sujak ġiet fit-tielet post.

lisa photo

Ritratt: The Entertainers/Lisa Gauci

Minn kategorija B, Aiden Aquilina Cohen rebaħ fl-ewwel post, fit-tieni post ġiet Martina Galea Loffreda u Nathan Psaila ġie fit-tielet post.

aidan photos

Ritratt: The Entertainers/Aidan Aquilina Cohen

Nawguraw lir-rebbieħa kollha!


Shanice Ahar