Hekk kif riesqa sena skolastika oħra, Clare Agius xtaqet tgħaddi dan il-messaġġ lill-ġenituri u l-edukaturi:
"Mhuwiex ta' benefiċċju li kull tifel u tifla jagħżlu triq li jagħżel kulħadd sabiex jaslu għal xi professjoni. Huwa normali li ma tkunx taf xi trid issir la tikber. Inkuraġixxu liż-żgħar tagħna biex ikunu kurjużi, jesploraw u jsaqsu."
Clare kompliet tgħid li ta' ħmistax-il sena ma kinitx tobsor li d-drama se tkun il-mezz t'għajxien tagħha għal kważi 30 sena.
X'messaġġ dak! Awguri lil kull min se jibda sena skolastika ġdida!
Facebook / Clare Agius