Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet sar l-Għanja tal-Poplu u Corazon kienet il-preżentatriċi li b'tant klassi mexxiet is-serata tas-Sibt flgħaxija fejn il-kantawtur Philip Vella ħareġ bħala r-rebbieħ tal-edizzjoni ta' din is-sena bil-kanzunetta Il-Verità

Fatt interessanti hu li hemm storja ħelwa mmens dwar iż-żewġ ilbiesi li libset Corazon fis-serata finali. F'post fuq il-profil ta' Facebook tagħha, il-kantanta u preżentatriċi qalet iż-żewġ ilbiesi kienu b'disinn ta' missierha Joe Mizzi u ħjata ta' ommha Mariella Mizzi. 

Ħafna faħħru d-dehra ta' Corazon f'dan il-konkors. Jidher li x-xogħol ta' ommha u missierha niżlu tajjeb ma tant u tant nies. Mhux l-ewwel darba li Corazon libset xogħol meħjut minn ommha inkluż fil-Malta Eurovision. Tgħid ommha Mariella ħa tibda karriera ġdida?


Emil Calleja Bayliss