Matul l-għoxrin-il episodju tal-programm l-Inspjegabbli li jixxandar fuq TVM+ kull nhar ta’ Tlieta fil-17:15 ser jitkellmu dwar Harry Houdini. Harry Houdini, l-artist leġġendarju tal-illużjonijiet u l-maġija, jibqa’ figura ta’ intriċi, partikolarment minħabba ċ-ċirkostanzi li jduru mal-mewt tiegħu fil-31 ta’ Ottubru tal-1926. L-eżoteriċi, ix-xettiċi, u dawk li joħorġu b’teoriji ġodda jibqgħu sal-lum jipprovaw jiskopru l-misteru.

X’kienet il-kruċjata tiegħu kontra l-ispiritwalità frodulenti u l-ġrajjiet strambi li wasslu għall-mewt tiegħu? Min Kien Eżattament Harry Houdini, U Għala Dan L-Artist Jaffaxina Tant Nies? X’kienu l-avvenimenti li waslu ghal mewt tieghu? Il-programm l-Inspjegabbli jkun ripetut l-Erbgħa fis-19:00 u l-Ħamis fil-23:15 fuq TVM+, kif ukoll il-Ġimgħa fil-23:00 fuq TVM.

Tistgħu wkoll issegwu programmi li diġa’ xxanddru billi tidħlu f’din il-ħolqa: https://tvmi.mt/series/967  L-Inspjegabbli huwa preżentat minn Kevin Mercieca, li jieħu ħsieb ukoll il-produzzjoni, mgħejjun minn Kurt Pawley u Jonathan Farrugia bi produzzjoni eżekuttiva ta’ Flash Productions.


Gwida.mt