L-inċident ta' dal-lejl qajjem reazzjoni kbira fuq il-mezzi soċjali speċjalment kif komplew jiżvolġu l-affarijiet u d-dettalji dwar dan il-każ li ħasad il-ħajja ta' Torka ta' 30 sena. Vittma li jidher li inzertat fil-post u fil-ħin ħażin, minħabba li spiċċat imtajra minn sewwieq fil-Gżira.
Qed jingħad li s-sewwieq kien taħt l-effett tad-droga u dan wassal biex bosta jgħaddu l-kummenti tagħhom fuq il-midja soċjali. Fosthom dawk li tkellmu kien hemm l-avukatessa Anna Mallia, li żgur ma għandha bżonn ta' ebda introduzzjoni fid-dinja legali.
Anna Mallia kitbet, "Min joqtol bil-karozza u jkun xurban jew drogat ghandu jitressaq b'omicidju volontarju ghax seta' kien previst!" Fis-sezzjoni tal-kummenti, in-Nutar Mariella Mizzi Attard flimkien ma' diversi persuni oħra kitbu li jaqblu ma' dak li qed tgħid hi.
Ikollna nistqarru li qed tqajjem punt validu, importanti u b'saħħtu. Intom x'taħsbu?
Facebook / Anna Mallia