Il-familja rjali tal-Lussemburgu dalwaqt ħa titħallat b'demm Malti hekk kif it-tfajla tal-Prinċep Louis għandha antenati Maltin.

Il-bużbużnanna tal-Franċiża Scarlett-Lauren Sirgue, li hija għarusa mal-Prinċep Louis, kienet Marie Micallef. Kif jixhed il-kunjon hi kienet Maltija, dan ħareġ ukoll f'artiklu ppubblikat f'Histoire Royales, sit li jiffoka fuq l-istorja tal-familji rjali.

Is-sit jgħid li l-familja hija "100 fil-mija familja Maltija li l-membri tagħha kienu nfirxu fis-seklu 19 lejn il-Levant, it-Tuneżija u l-Alġerija, fejn kienu miżżewġin lil Taljani, Lhud u Għarab".

Kmieni din il-ġimgħa, il-familja rjali tal-Lussemburgu ħabbret, fuq Instagram, li l-Prinċep Louis tgħarras ma’ Sirgue. Hi dehret l-ewwel darba fil-pubbliku mal-Prinċep sena ilu waqt premjazzjoni.

Din mhux l-ewwel darba li pajjiżna hu marbuta ma' familja rjali, Meghan Markle, miżżewġa lill-Prinċep Harry tar-Renju Unit, ukoll għandha nisel Malti. Il-bużbużnanna tagħha Mary Bird twieldet f’Malta fl-1862.

Facebook / Schumacher Henri


Emil Calleja Bayliss