Il-ġurnal Talk.mt tkellem mal-kantanta lokali Ira Losco dwarha bħala artista, dwar il-karriera tagħha kif ukoll dwar il-possibiltà li nerġgħu narawha tirrappreżentana fil-Eurovision Song Contest.

Ira kif tafu ntgħażlet darbtejn biex tkun l-ambaxxattriċi Maltija fil-Eurovision. L-ewwel sena kienet fl-2002 meta kienet 12-il punt bogħod milli tirbaħ il-kompetizzjoni. It-tieni darba fl-2016 meta b'Walk On Water waslet sal-finali u għamlet isem sabiħ lil pajjiżna.

Ira bħal dejjem ma qaletx le għall-possibiltà li xi darba tirritorna fid-dinja tal-Eurovision. Lill-ġurnal Talk.mt hi qaltilhom, "Ma nistax ngħid li bilfors se nieħu sehem bħala kantanta. Min jaf forsi niddeċiedi li nkun kantawtriċi? Iż-żmien jagħtina parir!”

Tixtiequ tarawha tirritorna fid-dinja tal-Eurovision lil Ira?


Gwida.mt