Wara li xi mużiċisti ġew mhedda u mwaqqfa milli joperaw ġewwa stabbilimenti inqalgħu bosta argumenti kontra. 

Il-Malta Entertainment Industry and Arts Association ivverifikat rigward il-liġi dwar il-mużiċisti u DJs li jaħdmu f'postijiet ta' divertiment. "Kull min hu involut f'tiġijiet, barijiet, ristoranti (avvenimenti bilqiegħda) jista' jopera sakemm l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u r-rakkomandazzjonijiet kollha dwar is-saħħa jiġu segwiti. Il-pulizija m'għandhom l-ebda awtorità biex iwaqqfu t-tiġijiet, iwaqqfu l-wirjiet, jimmultaw lil xi ħadd mingħajr avviż legali sakemm ma jkunux qed jiksru l-liġi."

Jikkonfermaw li t-tiġijiet mhux minnu li għandhom jieqfu fil-11pm. Il-MEIA tagħlaq billi tħeġġeġ lil kulħadd biex ikompli jżomm sigur kull fejn imur kif ukoll biex ma jinkisru l-ebda regolamenti mogħtija mill-awtoritajiet.


Kyle Zarb