Meta l-udjenza f'teatru poġġiet bilqiegħda biex tara l-aħħar film ta’ James Bond ‘No Time To Die’, in-nies ma stennewx li se jkollhom sorpriża daqshekk kbira.

Qabel ma l-film beda f'teatru f'Burbank, California, l-attur Daniel Craig daħal fit-teatru biex isellem lill-udjenza.

Huwa introduċa wkoll lil Rami Malek fit-teatru, li għandu r-rwol tal-villain fil-film.

L-atturi faħħru lil xulxin għall-professjonaliżmu u t-talent tagħhom.

Craig ilu fir-rwol ta’ James Bond mill-2006 u dan il-film kien l-aħħar darba li jidher bħala l-akbar spija ta’ kull żmien.


Bernard Xuereb