Cel Gius qasmet aħbar veru eċċitanti fuq il-Facebook tagħha! Produttur minn barra minn Malta talabha taħdem fuq proġett miegħu!

“Meta finalment tiġi kkuntattjata minn produttur barrani liċenzjat li fi żmienu biegħ rekord ta’ 25 miljun biex naħdem fuq proġett ġdid miegħu,” hi ħabbret.

“Tħossok tajba immens li kultant tkun apprezzata.”

Ħafna kitbu kummenti biex jifirħulha għal aħbar tajba bħal din u għas-suċċessi futuri tagħha.

Facebook/Cel Gius


Bernard Xuereb