Wara li ftit tal-ġimgħat ilu, Gwida.mt esklussivament ħabbar id-data li fiha ser joħroġ ir-raba’ ktieb ta’ Gerard James Borg, illum l-awtur innifsu żvela l-isem ta’ dan il-ktieb:

Tigné Point Bachelors

Gerard li rrapreżenta lil Malta fil-Eurovision xejn anqas minn 6 darbiet, u huwa wieħed mill-aktar awturi tal-lirika ta' suċċess f'Malta, fis-snin riċenti qed jagħmel isem fil-qasam tan-novelli, bl-istejjer kontroversjali u jaħarqu li qed jikteb.

Flimkien mal-isem, Gerard żvela wkoll il-filmat uffiċjali, li tista’ tarah hawn taħt.

Il-filmat jagħti togħma żgħira tal-istorja, fejn jgħid li dawn il-ġuvintur lesti biex jilgħabu u l-kamra tas-sodda hija l-grawnd tagħhom! Iżda meta wieħed minnhom jorqod mat-tfajla li l-akbar ħabib tiegħu ser jiżżewweġ, l-istorja minn hemmhekk tinqaleb ta’ taħt fuq.

It-tlett kliem li qed jintużaw biex jiddeskrivu l-istorja huma:

Sess, Ossessjoni u Qtil

L-antiċipazzjoni tkompli tikber, iżda jekk trid taqta’ l-kurżita, ser ikollok tistenna’ sal-Erbgħa 9 t’Ottubru, il-ġurnata fejn Tigné Point Bachelors ser joħroġ fil-pubbliku.

Facebook / @gerard.borg.9


Luke Borg