Xi ftit ġimgħat ilu konna ġibna artiklu fuq Shaun Farrugia, il-Malti li iffirma ftehim ta’ pubblikazzjoni mal-ġgant tal-mużika internazzjonali Sigala. Jidher li s-suċċess għaż-żagħżugħ Malti ħa jkompli jikber hekk kif kiteb waħda mill-kanzunetti għal grupp popolari The Script.

Ritratt: Facebook / Shaun Farrugia

Hot Summer Nights hi miktuba minn Shaun flimkien ma' Danny O'Donoghue, James Barry u Mark Sheehan. Din il-kanzunetta tinsab fl-album mużikali li dal-grupp għadu kemm ħareġ, l-istess album li bħalissa jinsab fil-quċċata tal-klassifika Ingliża.

Ritratt: Facebook / Shaun Farrugia

Xi ftit jiem ilu Shaun, permezz tal-profil ta' Facebook tiegħu kiteb li dan hu jum speċjali ħafna għalih għax dak li kien ilu joħlom għal tant snin fl-aħħar wasal b'referenza għal kanzunetta fuq l-album ta' The Script.

Instagram / The Script


Emil Calleja Bayliss