Jum in-Nanniet hu ċċelebrat fil-Gżejjer Maltin kull tieni ħadd ta' Ottubru u dak jiġi nhar il-Ħadd. Aħna ħsibna ftit f'personalitajiet Maltin li nafu li huma nanniet u li naħsbu li huma vera cool! Ċertament li hemm ħafna u ħafna aktar nanniet cool hemm barra ta', kemm nanniet magħrufa u anke dawk le. 

Insomma l-għażla tagħna waqgħet fuq dawn il-ħamsa... u isfel nett ħa ssibu tnejn BONUS!

Carina Camilleri

Omm Ben Camille, in-nanna ta' Elle u l-moħħ wara Models M. Tista' tgħid li ħajjitha ddur mad-dinja tal-moda u konna rajnieha anke tippreżenta flimkien ma' Peter Carbonaro. Għal dawk li nesew, kulma ħa ngħidu hu: "That's a big no, no." Mhux cool li nanna dejjem tgħid dak li tħoss!

Ritratt: Instagram / camilleri.carina

Eileen Montesin

Omm Christine u n-nanna ta' Nina, nafuha minn żgħira fuq it-televiżjoni. Rajnieha taħdem u tieħu ħsieb diversi dramas lokali. Kellha wkoll programmi televiżivi u fuq ir-radju... minn programm tat-tfal sa programmi jfittxu talent ġdid! Mhux cool jew nanna hekk?

Ritratt: Instagram / eileenmontesin

Doreen Cini

L-attriċi tiġi omm Dominic u Charmaine Cini, in-nanna ta' Ainsley u Rianne. Rajnieha tirreċta f'diversi partijiet, kemm fuq il-palk u anke fuq it-televiżjoni. Barra minn hekk rajnieh tiżfen u ttiha fil-music video ta' Gianluca Cilia Dawra Tond. Mhux nanna cool trid tkun jew?

Ritratt: Facebook / Pupazz

Grace Borg

Nanna ta' ħames neputijiet u ċertament dak li tħoss ħa tgħid! Mhux ħa toqgħod lura milli titkellem, speċjalment f'dak li temmen fih. Intiża fid-dinja tan-negozju, partikolarment tal-mużika. Faqa' tkun tista titkellem man-nanna fuq l-aħħar kanzunetta ta' xi kantant jew ieħor. Mhux hekk?

Ritratt: Facebook / Grace Borg

Phyllisienne Brincat

Il-kantanta Phyllisienne, mhux talli tgħallem u tkanta l-kant biss... talli kien hemm okkażjonijiet fejn anke mxiet fuq il-passarella bħala mudella. Meta taraha tista' tgħid li ssibha bi tbissima. Xi trid aktar minn hekk.. aħjar minn xi ħadd b'geddum u dejjem jeqred! 

Ritratt: Facebook / Phyllisienne Brincat

Minn dawn il-ħamsa intom kieku lil min tivvutaw għat-titlu tal-aktar Nanna Cool? Nieħdu gost nisimgħu għaliex ukoll fil-kummenti fuq Facebook. Nhar il-Ħadd f'Jum in-Nanniet f'Malta inħabbru min rebaħ!

BONUS!

In-nanna Katrin

Din in-nanna serqet il-qlub tal-Maltin permezz tas-sensiela Simpatiċi, sforunatament Mary Rose Bonello magħrufa mal-Maltin in-nanna Katrin ħallietna fl-2014!

Ritratt: RGV - Facebook / Lyndsay Pace

In-nanna Ġenoveffa

Din in-nanna imqarba, imqarba ftit mhux ħażin. Hi karattru tal-awtur Trevor Zahra imma din in-nanna interessanti ħafna... ħafna wkoll! 

Ritratt: Facebook / Josef Mizzi

F'isem Gwida.mt nixtieq ngħaddi l-awgurju tagħna lin-nanniet kollha ġo pajjiżna! Sempliċiment telefonata, messaġġ jew żjara qasira taf tfisser id-dinja għall-anzjani tagħna!


Emil Calleja Bayliss