Ħafna jafu lil Luke Agius, bħala Lulu' mill-grupp popolari Xarulù. Dalgħodu fuq il-profil ta' Facebook tiegħu Luke introduċa liz-zija Porta, jew aħjar kif iħobb isejħilha hu Aunty Porta! Aħna nħobbu nitkixfu ħafna allura provajna niskopri naqa min hi din Aunty Porta!
Aunty Porta mhi xejn ħlief kanzunetta li ħadem Lulu, b'tema daqsxejn differenti minn dik ta' ssoltu! Din kanzunetta b'tema sarkastika fejn fiha jispjega u jesprimi karattru fittizju Malti, li tista' tgħid li nsibuh f'ħafna personaġġi Maltin, inkluż nies tat-televixin, politiċi u anke fina stess! Donnu kulħadd għandu parti minn Aunty Porta fih!
Ritratt: Facebook / Lulu Agius
Qabel xi zija tieħu għaliha, LE din iz-zija ma teżistix. Hi biss frott l-immaġinazzjoni ta' Lulu fejn jiddeskrivi z-zija immaġinarja, kif ukoll famuża l-antiporta li ħafna nies jispiċċaw jissendikaw minn ħdejha, izekzku fuq dak u l-ieħor. Taf int ftit gossip bħal ma jkollna aħna ta' Gwida.mt! Ejjj stenn... dan mhux għalina qed jgħid hux!?
Jagħmel hu insomma... aħna skoprejna li din ħa tkun it-tieni kanzunetta bil-Malti minn dan l-artist, wara l-ewwel kanzunetta tiegħu Melodija Ta' Mħabba li kienet iddedikata lil ommu. Aunty Porta, għandha kitba ta' Lulu stess u għandna nisimgħu l-kanzunetta fil-jiem ġejjin!
Facebook / Lulu Agius