Waqt il-konferenza stampa ta' ftit ħin ilu, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li min ħa jkollu ċ-ċertifikat tal-vaċċin ħa jkun saħansitra jista' jsiefer ukoll f'pajjiż li hu fuq żona ħamra.

Il-Ministru qal li l-Professur Charmaine Gauci ħa tkun qed toħroġ lista ta' xi eċċezzjonijiet li ħa jkun hemm minħabba tliet raġunijiet prinċipali. Dawn huma: numru għoli ta' varjanti fil-pajjiż, ir-rata ta' pożitività tkun tassew għolja jew inkellma ma jkunx hemm informazzjoni aċċessibbli.

Waqt il-konferenza ħareġ ukoll li r-rata ta' dawk li ħarġu pożittivi wara li rċevew il-vaċċin hija ta' 0.2%. Dan juri li l-vaċċin qed ikun tassew effettiv.


Emil Calleja Bayliss