Il-mistoqsija ta’ ħafna hi min ħa jkun il-persuna li jaqra l-punti tal-Eurovision Song Contest ta’ Malta nhar is-Sibt li ġej. Sentejn ilu kienet Lara Azzopardi li qrat il-punti ta’ pajjiżna.
Din is-sena fuq il-grupp popolari Eurobitchin ħafna semmew li l-punti għandhom jinqraw minn Keith Demicoli peress li għadu kif spiċċa minn max-xandir. Dan l-aħħar rajnieh jippreżenta Mużika Mużika u mhux ġdid għax-xena tal-Eurovision Song Contest hekk kif preżenta l-Junior Eurovision u anke qara l-punti fil-passat.
Oħrajn bdew jissuġġerixxu lil Valentina Rossi biex taqra l-punti ta’ Malta. Il-personalità tagħha tinżel għasel ma’ ħafna Maltin u żgur li ż-żewġ għażliet ikunu denja biex jaqraw il-punti. Valentina segwaċi kbira ta’ dan il-festival, iżda għandna dubji tagħna għax dan ifisser li mhux ħa tkun qed isegwi mid-dar u żżomm lil kulħadd aġġornat b’dak li taħseb.
Aħna ta’ Gwida.mt, ġiena suspett li jista’ jkun l-punti ta’ Malta ħa jinqraw minn Michela Pace li rrappreżentat lil Malta fl-edizzjoni tal-2019, wara li rebħet l-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta. Michela kienet waslet fil-finali bil-kanzunetta Chameleon.
Ikun interessanti li kieku l-punti jinqraw minn Michela, bħala turija ta’ sapport lejn Destiny. Destiny kienet il-backing vocalist ta’ Michela fl-2019 u jkun interessanti jekk tal-inqas, Michela jkollha ċ-ċans li taqra l-punti f’isem Malta.
Nistennew u naraw. S’issa ma ġie mħabbar xejn uffiċjali. Tgħid niskopru nhar is-Sibt jew inkella ħa nkunu nafu qabel?
Facebook / Eurovision Song Contest