Hemm ħafna affarijiet li lil Bjorn Formosa jferrħuh. Wieħed minnhom hu żgur il-kelb tant għal qalbu, DAR. Il-kelb li ismu ġie ispirat propju mill-missjoni li għaddej biha Bjorn u t-tim tiegħu b'risq DAR Bjorn.

"Meta jniżżluni mis-sodda, l'hena tiegħi li ninżel mal-art biex inkun nista' nilgħab ma' DAR. Min għandu kelb jista' jifhmni kemm dan l-annimal jista' jagħti ferħ! Nibda l-Ġurnata b'ferħ kbir!"

Bjorn ikompli bl-appell tiegħu għal min jitħajjar jingħaqad għall-mixja bil-klieb. "Smajt bil-mixja li qed nagħmlu bil-klieb? Kull min jattendi ser jingħata pakkett ta' rigali sabiħ, ċertifikat iffirmat minn DAR u lapel pin tal-okkażżjoni!"

Tista' tibbukkja post billi tidħol fil-paġna uffiċjali ta' Bjorn fejn għandek issib l-informazzjoni kollha.

Facebook/ Bjorn Formosa


Kyle Zarb