Il-paġna It-Temp Madwarna għadhom kemm ippubblikaw il-każ ta' 11-il sena ilu hekk kif bil-qawwa tal-maltemp li għamel, ħalliet diversi effetti. Dakinhar kif kienu rrappurtaw diversi siti, kellhom jagħlqu anke l-iskejjel.

"11-il Sena ilu kienet seħħet il-famuża maltempata fil-lejl bejn il-Ħadd 24/10/2010 u t-Tnejn 25/10/2010, li fiha nġarru ħafna twiebet fil-wied mibni f’Ħal Qormi.. Dakinhar tkejlu madwar 3 pulzieri xita lejn iċ-ċentru ta’ Malta u minħabba l-ilmijiet u diversi ħsarat fit-toroq, diversi skejjel ma fetħux it-Tnejn 25/10/2010 filgħodu."

It-temp għall-2021 ġab miegħu ammont kbir ta' temp imsaħħab li anke wassal anke maltempati. Bħalissa għall-jum tal-Ħadd hu mistenni temp imsaħħab li jaf xi kultant iġib miegħu ħalbiet tax-xita iżolati, possibilment intensi u bir-ragħad. 


Kyle Zarb