B’mod uffiċjali tħabbar li l-programm Division 7 se jerġa’ lura fuq it-televixin tagħna mill-ġimgħa d-dieħla!!

Dan l-aħbar tela’ fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook ta’ Division 7 fejn fuqha nfurmaw lis-segwaċi tagħhom li mill-Erbgħa 14 t’April se jibdew jixxandru l-aħħar ftit episodji tal-programm. Infatti fadal erba' episodji biss!

Il-programm jibda fid-disgħa ta’ filgħaxija fuq l-istazzjon ONE. Bla dubju li s-segwaċi ta’ Division 7 jinsabu eċċitati u kurjużi għal dak li se jseħħ fl-aħħar erbgħa episodji.

Intom se tkunu qed issegwuh?


Shanice Ahar