Is-sitwazzjoni tal-Covid-19 fiċ-Ċina bħalissa hija waħda gravi, aktar gravi minn kif kienet is-sitwazzjoni f’Wuhan.

Miljuni ta’ persuni jinsabu f’lockdown minħabba l-firxa tal-varjant Delta li ħakem diversi pajjiżi madwar id-dinja u jidher li dan jinfirex ħafna aktar mill-varjanti l-oħra. Fiċ-Ċina qed isiru diversi swab tests biex jipprovaw jikkontrollaw aħjar is-sitwazzjoni u ħalli jpoġġu f’lockdown lil dawk li kellhom kuntatt mill-viċin ma’ persuni pożittivi.


Henzley  Bezzina