Nhar il-Ġimgħa li ġej il-kantanta u attriċi Miley Cyrus se tniedi proġett ġdid bl-isem ta’ She is Coming. Dan ix-xahar il-kantanta bdiet tagħti togħmiet żgħar lis-segwaċi tagħha dwar dan il-proġett.
Nhar is-Sibt li għadda fix-xow BBC Radio 1’s Big Weekend kantat tliet kanzunetti ġodda Cattitude, Dream u Mother’s Daughter. Dawn it-tliet kanzunetti lkoll għandhom stili differenti. L-aħħar album li ħarġet Cyrus kien Younger Now fl-2017. Dan il-proġett se jkun jixbah lil xi stil minn dawn? Nistennew sa nhar il-Ġimgħa u naraw!
Apparti proġetti ġodda relatati mal-mużika, Cyrus se tkun qed tieħu sehem fl-episodju li jmiss tas-serje Black Mirrior, li jġib l-isem ta’ Rachel, Jack and Ashley, Too. Meta ġiet mistoqsija dwar dan l-episodju, Miley qalet li se jkun dwar in-nisa fl-industrija mużikali. Qalet li llum il-ġurnata xorta għad hawn min ma jiħux bis-serjetà l-irwol tal-mara fix-xena mużikali.