Il‐Konkors Kanzunetta Indipendenza 2025, li hu organizzat minn Net Media, ser jirritorna f'Settembru li ġej. Kantanti minn 16-il sena ’l fuq u li jkunu magħluqa sal-jum tal-finali (is-Sibt 13 ta’ Settembru 2025) jistgħu japplikaw mil-lum.
Il-kanzunetti jgħaddu minn żewġ fażijiet ta’ eliminazzjoni qabel il-finali. Fl-ewwel eliminatorja, il-ġurija, se tisma’ l-kanzunetti kollha (vuċi u mużika) irrekordjati. Minn dawn jintgħażlu 40 kanzunetta li jgħaddu għat-tieni fażi.
Fit-tieni fażi eliminatorja l-ġurija ser tisma’ l-kanzunetti interpretati live mill-kantanti rispettivi u minn dawn se jintgħażlu 20 li jgħaddu għas-serata finali.
Is-serata finali bl-20 kanzunetta finalista ssir is-Sibt 13 ta’ Settembru 2025, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta. Is-serata finali se tixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjon Net Television.
Ara aktar dettalji dwar l-awturi, kompożituri u artisti nfushom, dwar il-kanzunetti, dwar l-applikazzjonijiet, dwar il-votazzjoni tal-ġurija u tal-sms, dwar il-premji u punti oħra. Idħol HAWN
Facebook/ KKI