Il-virus qed jaffetwa t-television ukoll, hekk kif għadd ta’ kumpaniji tal-produzzjoni qed iħabbru li l-programm tagħhom ser jieqaf jixxandar. Mil-lum fuq Net Television, il-programm Family Affair mhux ser jixxandar.

Dan wara li l-istazzjon qed jieħu miżuri biex iħares lill-ħaddiema tiegħu. Eileen ħabbret li l-familja tagħhom kellhom jieħdu deċiżjoni diffċli kontra qalbhom u jwaqqfu l-programm tagħhom. Eileen tappella lil kulħadd biex nibqgħu b’saħħitna.

Madanakollu xorta tista' tisma' lil Eileen fuq il-programm tagħha 'Club 101' li s'issa ser jibqa jixxandar kuljum mid-9:00 sal-11 fuq Radio101.


Anthony Baldacchino