Illejla tibda s-sensiela Iż-Żagħka fuq NET TV u f'waħda mill-partijiet ewlenin insibu lil Theresa Gauci, Theresa ħafna jafuha f'partijiet ta' raħlija jew ta' xi mara fqira. Din id-darba ħa tilbes karattru kompletament differenti, dan għaliex lil Theresa ħa narawha f'parti ta' mara sinjura.

Għal dawk kollha li jixtieq jaqtgħu ftit il-kurżità u forsi jiskopru xi ftit aktar dwar din is-sensiela, illejla wieħed jista' jmur jiltaqa' mal-atturi u jsegwi l-ewwel episodju magħhom ukoll. Dan ħa jsir ġewwa r-raħal taż-Żurrieq, fil-grawnd tal-futbol fis-19:45.

Opportunità unika mmens għal dawk li ħa jibdew isegwu din id-drama minn ġimgħa għall-oħra. F'isem Gwida.mt nawguraw lit-tim kollu ta' din is-sensiela, eċitati nkomplu niskopru fiex ħa tikkonsisti l-istorja u l-intriċċi li ħa ġġib magħha. 


Emil Calleja Bayliss