Fuq il-podcast Mpowered. By Women, For Women flimkien ma' Trudy Kerr, Brooke titkellem dwar il-karriera mużikali tagħha, u ssemmi wkoll il-Eurovision Song Contest u kif inħarsu lejh aħna l-Maltin.

Brooke titkellem li l-Eurovision mhux l-unika opportunità li teżisti, wieħed għandu bżonn jipprova affarijiet differenti. Hi tgħid li l-pubbliku jieħdu wisq bis-serjetà u mingħajr ma jridu l-kantanti jagħtuh importanza kbira.

Brooke tgħid l-artisti lokali jiddependu wisq mill-Eurovision, kemm kantanti, kemm żeffiena u kemm artist oħra. Hi tgħid li l-Eurovision għandu jkun biss bħala pjattaforma sabiex jippromovu lilhom infushom. Wieħed għandu jaħdem b'moħħu u ma jarax dan il-festival bħala kompetizzjoni ta' kanzunetta waħda!

Hi tkompli tgħid li wieħed għandu jitla' preparat, ikollu album lest, ikollu anke l-pjanijiet ta' kunċerti ħalli kif wieħed għandu dik l-attenzjoni fuqu, jieħu l-aħjar mis-sitwazzjoni. Brooke tgħid li waqt li l-kantant ikun il-Eurovision, l-attenzjoni tmur fuq il-kanzunetta u l-wirja tiegħu, u mhux fuq il-karriera tal-kantant.

Brooke tgħid li jekk wieħed jirbaħ il-Eurovision Song Contest mhux ħa tagħmlek artist iżda wieħed għandu jħares lejh bħala pjattaforma biex in-nies jarawk u tkun l-artist li trid. Wieħed jista' jisma' l-intervista sħiħa billi jidħol HAWN.

Brooke riċentament ħarġet il-kanzunetta kummerċjali Over li qed tikseb suċċess fuq l-istazzjonijiet tar-radju lokali.

Facebook / Brooke Borg


Emil Calleja Bayliss