Illum il-Papa Franġisku fakkar biex inkomplu nitfgħu ħarsitna fuq dawk fil-bżonn. Il-pandemija Covid-19 laqtet lill-eluf ta' familji madwar id-dinja u anke jekk bdejna mmorru lura għan-normalità, ma jfissirx li kulħadd ser jirnexxielu jagħmel dan.

Wissa li l-indifferenza lejn min hu fil-bżonn tista' ssir reali u li dan m'għandux ikun!

Mill-banda l-oħra ilbieraħ saret il-kampanja Offri Xirja fuq il-programm Xarabank fejn baqgħu deħlin ix-xirjiet sa tard bil-lejl u saħansitra sal-lum stess. Il-filmat jitkellem waħdu. Dan huwa l-ispirtu veru Malti u dawk ta' rieda tajba.

Mhuwhiex il-mument li ninfexxu fit-tgħajjir u jekk naqblu jew ma naqblux mal-programm jew mal-preżentaturi li sfortunatament minħabba li forsi ma naqblux ma xi opinjoni, spiss narawha tiġri f'pajjiżna.

Ejjew nikbru ftit u nuru maturità. Min jagħmel il-ġid, għandna ntuh kuraġġ u nsegwuh!

Ritratt: Facebook/ Xarabank


Clifford Galea