Illum kien hemm mijiet ta’ persuni li nġabru fil-Belt Valletta għal protesta kontra l-vaċċin u l-miżuri sabiex tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid-19.

Skont dawk li bdew jipprotestaw, dawn il-miżuri jmorru kontra d-drittijiet tal-bniedem u li qed iċaħħdu l-libertà mill-poplu Malti. Diversi filmati fuq il-midja soċjali urew li waqt li kienu mexjin fit-toroq tal-Belt, ħafna minnhom kienu mingħajr maskra u anke bdew jipprotestaw mingħajr id-distanza soċjali.

Taħsbu li għandhom raġun li jipprotestaw jew forsi din kienet protesta żejda, speċjalment għaż-żmien li qed ngħixu bħalissa?


Henzley  Bezzina