Mijiet ta’ muturi ħarġu fir-ring road dalgħodu biex jipparteċipaw f’The Great Pink Annual Bike Ride, fi sforz biex titqajjem kuxjenza dwar l-importanza biex in-nies jiċċekkjaw lilhom infushom u jieħdu ħsieb saħħithom sew.

PinkOctober_BikeRide

Il-messaġġ hu li dak li jkun isib il-kuraġġ u l-appoġġ biex isib il-ħin u jmur għal checkup regolari. Qed tintuża l-frasi, #powerwithin, għax dik li hemm bżonn tissaħħaħ biex min jibża' jew joqgħod lura, jifhem li m'għandux għalfejn!

BikeRide_Pink

"Tkun fejn tkun fil-vjaġġ tiegħek, int trid issib is-setgħa li timxi 'l quddiem, tqum fuq saqajk, tkompli għaddejja, taħtaf l-okkażjoni... Jekk qatt ma mort tiċċekkja lilek innifsek qabel, agħmel dan issa. Jekk instablek kanċer, issielet issa. Jekk salvajt, għix."

Id-dħul minn dan l-avveniment se jmur kollu għal Cancer Community Outreach Project b’kollaborazzjoni ma’ Sir Anthony Mamo Oncology Centre, u biex jgħin lill-NGOs lokali fil-proġetti tagħhom, biex iqajmu l-kuxjenza u l-għarfien dwar il-kanċer.

Fost dawk li ssieħbu kien hemm il-kunsillier Daniel Diacono u s-sindku tal-Belt Valletta Olaf McKay. Prosit lil kull min attenda!


Kyle Zarb