Permezz ta’ post fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Jason Micallef xandar mas-segwaċi tiegħu ktiba akkumpanjata ma’ sett ritratt fejn tkellem dwar proġett li hemm ħidma intensiva fuqu bħalissa. Micallef qal “Miexi ġmielu kif ippjanat l-akbar proġett ta' riġenerazzjoni fuq spazju aħdar f'pajjiżna. It-trasformazzjoni f'Ta' Qali qed kulma jmur tieħu sura għal dak li ħabbarna ftit aktar minn sentejn ilu”

Hu żied jgħid ukoll li “hawnhekk minn fabbrika illegali tal-concrete, se nroddu lura l-akbar żona għall-kuncerti f'pajjiżna mgħammra bl-aqwa faċilitajiet”. Qal ukoll li hawn il-familji Maltin u Għawdxin se jkunu jistgħu jirilassaw bl-aħjar mod possibli. Ikkonferma wkoll li dan il-post se jkun dalwaqt aċċessibli għall-pubbliku fejn qal “ftit tal-ġimgħat oħra, u anke dan l-ispazju aħdar flimkien ma’ dawk li diġa ftaħna, hawn ukoll jibda jitgawda mill-pubbliku.”


Charlton Cefai